+Artikolu 27 Il-politika “Kun af il-klijent”
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.

Artikolu 27 Il-politika “Kun af il-klijent”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit aktar strett stipulat fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), il-maniġer ta' MMF għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika proċeduri u jeżerċita d-diliġenza dovuta kollha bil-għan li jantiċipa l-effett ta' tifdijiet simultanji minn bosta investituri, b'kont meħud tal-inqas tat-tip ta' investitur, in-numru ta' unitajiet jew ta' ishma fil-fond proprjetà ta' investitur uniku u l-evoluzzjoni tal-flussi 'l ġewwa u 'l barra.
Artikolu 27 2.

Jekk il-valur tal-unitajiet jew l-ishma miżmuma minn investitur uniku jeċċedi l-ammont tar-rekwiżit korrispondenti ta' likwidità ta' kuljum ta' MMF, il-maniġer tal-MMF għandu jqis, minbarra l-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1, dawn kollha:

(a) 

xejriet identifikabbli fil-ħtiġijiet ta' flus kontanti tal-investitur, inkluża l-evoluzzjoni ċiklika tan-numru ta' ishma fl-MMF;

(b) 

l-averżjoni għar-riskju tal-investituri differenti;

(c) 

il-grad ta' korrelazzjoni jew rabtiet mill-qrib bejn investituri differenti fl-MMF.

Artikolu 27 3.
Fejn l-investituri jgħaddu l-investimenti tagħhom permezz ta' intermedjarju, il-maniġer ta' MMF għandu jitlob l-informazzjoni biex jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 mingħand l-intermedjarju sabiex jimmaniġġja b'mod xieraq il-likwidità u l-konċentrazzjoni tal-investitur tal-MMF.
Artikolu 27 4.
Il-maniġer ta' MMF għandu jiżgura li l-valur tal-unitajiet jew ishma miżmuma minn investitur uniku ma jkollux impatt materjali fuq il-profil tal-likwidità tal-MMF fejn dan jirrappreżenta parti sostanzjali min-NAV totali tal-MMF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.