+Artikolu 36 Trasparenza
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
|
Artikolu 36 Trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
MMF għandu jindika b'mod ċar liema tip ta' MMF huwa taħt l-Artikolu 3(1) u jekk huwiex MMF għal terminu qasir ta' żmien jew standard fi kwalunkwe dokument estern, rapport, stqarrija, reklam, ittra jew kwalunkwe evidenza oħra bil-miktub maħruġa minnu jew mill-maniġer tiegħu, indirizzati jew intiżi biex jitqassmu lill-investituri prospettivi, lid-detenturi tal-unitajiet, jew lill-azzjonisti.
|
|
Artikolu 36 2.
|
Il-maniġer ta' MMF, tal-inqas darba fil-ġimgħa, għandu jagħmel l-informazzjoni kollha li ġejja disponibbli għall-investituri tal-MMF:
(a)
l-analiżi skont il-maturità tal-portafoll tal-MMF;
(b)
il-profil tal-kreditu tal-MMF;
(d)
id-dettalji tal-akbar 10 parteċipazzjonijiet fl-MMF, inklużi l-isem, il-pajjiż, il-maturità u t-tip ta' assi, u l-kontroparti f'każ ta' ftehimiet ta' riakkwist u retroriakkwist;
(e)
il-valur totali tal-assi tal-MMF;
(f)
ir-rendiment nett tal-MMF.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Kwalunkwe dokument ta' MMF użat għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jinkludi b'mod ċar id-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
li l-MMF mhuwiex investiment garantit;
(b)
li investiment f'MMFs huwa differenti minn investiment f'depożiti, b'referenza partikolari għar-riskju li l-kapital investit f'MMF kapaċi jvarja;
(c)
li l-MMF ma jiddependix fuq appoġġ estern għall-garanzija tal-likwidità tal-MMF jew għall-istabbilizzazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem;
(d)
li r-riskju ta' telf tal-kapital għandu jinġarr mill-investitur.
|
|
Artikolu 36 4.
|
Ebda komunikazzjoni mill-MMF jew mill-maniġer ta' MMF lill-investituri jew lill-investituri potenzjali ma għandha b'xi mod tissuġġerixxi li investiment fl-unitajiet jew fl-ishma tal-MMF huwa garantit.
|
|
Artikolu 36 5.
|
L-investituri f'MMF għandhom jiġu informati b'mod ċar dwar il-metodu jew il-metodi użati mill-MMF sabiex jivvaluta l-assi tal-MMF u jikkalkula n-NAV. CNAV MMFsta' dejn pubbliku u LVNAV MMFs għandhom jispjegaw b'mod ċar lill-investituri u lill-investituri potenzjali kwalunkwe użu tal-metodu ta' kost amortizzat jew tal-arrotondament jew tat-tnejn li huma.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|