|
+Artikolu 37a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew |
Artikolu 37a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku EwropewArtikolu 37a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik id-data mill-informazzjoni nnotifikata mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4(6) ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-istabbiliment tar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-fond li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|