+Artikolu 43 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
|
Artikolu 43 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
L-awtorità kompetenti tal-MMF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer ta' MMF, jekk ikunu differenti, għandhom jikkooperaw ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 43 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw ma' xulxin għall-fini tat-twettiq tad-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 43 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b'mod partikolari sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-awtorizzazzjoni jew is-superviżjoni ta' MMFs skont dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-monitoraġġ u r-reazzjoni għall-implikazzjonijiet potenzjali tal-attivitajiet ta' MMFs individwali jew ta' MMFs kollettivament għall-istabbiltà ta' istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti sistemikament u l-funzjonament ordnat tas-swieq li l-MMFs huma attivi fihom. L-ESMA u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) għandhom jiġu infurmati wkoll u għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont l-Artikolu 37(5), l-ESMA għandha, f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tħejji rapport għall-Kummissjoni fid-dawl tar-rieżami deskritt fl-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|