|
+Artikolu 46 2. |
Artikolu 46 2.Ir-rieżami għandu, b'mod partikolari:
(a)
janalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-impatt fuq l-investituri, l-MMFs u l-maniġers tal-MMFs fl-Unjoni;
(b)
jivvaluta r-rwol li għandhom l-MMFs fix-xiri ta' dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri;
(c)
iqis il-karatteristiċi speċifiċi tad-dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u r-rwol li d-dejn għandu fil-finanzjament l-Istati Membri;
(d)
iqis ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 509(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
iqis l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-swieq ta' finanzjament għal terminu qasir ta' żmien;
(f)
iqis l-iżviluppi regolatorji fil-livell internazzjonali. Sal-21 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 %. Dak ir-rapport għandu jqis id-disponibbiltà ta' strumenti ta' dejn pubbliku tal-UE għal terminu qasir ta' żmien u jeżamina jekk l-LVNAV MMFs jistgħux ikunu alternattiva xierqa għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku mhux tal-UE. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fir-rapport li l-introduzzjoni ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 % u t-tneħħija gradwali ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku li jinkludu ammont bla limitu ta' dejn pubbliku mhux tal-UE mhumiex fattibbli, hi għandha tippreżenta r-raġunijiet għal dan. F'każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 % hija fattibbli, il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti leġiżlattivi biex tintroduċi tali kwota, fejn mill-inqas 80 % tal-assi ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku għandhom jiġu investiti fi strumenti ta' dejn pubbliku tal-UE. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li LVNAV MMFs saru alternattiva xierqa għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku mhux tal-UE, tista' tagħmel proposti xierqa biex tneħħi d-deroga għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku għalkollox. Ir-riżultati ta' dan ir-rieżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|