+Artikolu 46 Rieżami
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.

Artikolu 46 Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
Sal-21 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-adegwatezza ta' dan ir-Regolament minn lat prudenzjali u ekonomiku, wara konsultazzjonijiet mal-ESMA u, meta jkun xieraq, mal-BERS, anke dwar jekk għandhomx isiru bidliet fir-reġim għas-CNAV MMFs ta' dejn pubbliku u l-LVNAV MMFs.
Artikolu 46 2.

Ir-rieżami għandu, b'mod partikolari:

(a) 

janalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-impatt fuq l-investituri, l-MMFs u l-maniġers tal-MMFs fl-Unjoni;

(b) 

jivvaluta r-rwol li għandhom l-MMFs fix-xiri ta' dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri;

(c) 

iqis il-karatteristiċi speċifiċi tad-dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u r-rwol li d-dejn għandu fil-finanzjament l-Istati Membri;

(d) 

iqis ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 509(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

iqis l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-swieq ta' finanzjament għal terminu qasir ta' żmien;

(f) 

iqis l-iżviluppi regolatorji fil-livell internazzjonali.

Sal-21 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 %. Dak ir-rapport għandu jqis id-disponibbiltà ta' strumenti ta' dejn pubbliku tal-UE għal terminu qasir ta' żmien u jeżamina jekk l-LVNAV MMFs jistgħux ikunu alternattiva xierqa għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku mhux tal-UE. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fir-rapport li l-introduzzjoni ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 % u t-tneħħija gradwali ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku li jinkludu ammont bla limitu ta' dejn pubbliku mhux tal-UE mhumiex fattibbli, hi għandha tippreżenta r-raġunijiet għal dan. F'każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' kwota ta' dejn pubbliku tal-UE ta' 80 % hija fattibbli, il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti leġiżlattivi biex tintroduċi tali kwota, fejn mill-inqas 80 % tal-assi ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku għandhom jiġu investiti fi strumenti ta' dejn pubbliku tal-UE. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li LVNAV MMFs saru alternattiva xierqa għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku mhux tal-UE, tista' tagħmel proposti xierqa biex tneħħi d-deroga għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku għalkollox.

Ir-riżultati ta' dan ir-rieżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.