+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
“servizz ta' finanzjament kollettiv” tfisser it-tlaqqigħ ta' interessi ta' finanzjament tan-negozju ta' investituri ma' sidien il-proġett permezz tal-użu ta' pjattaforma tal-finanzjament kollettiv u li jikkonsisti minn kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
(i)
|
il-faċilitazzjoni tal-għoti ta' self;
|
|
(ii)
|
it-tqegħid mingħajr bażi ta' impenn sod, kif imsemmi fil-punt (7) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv maħruġa minn sidien il-proġett jew veikolu bi skop speċjali, u l-wasla u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti, kif imsemmi fil-punt (1) ta' dik it-Taqsima, b'rabta ma' dawk it-titoli trasferibbli u l-istrumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
|
(b)
|
“self” tfisser ftehim li bih investitur jagħmel disponibbli lil sid il-proġett ammont miftiehem ta' flus għal perijodu ta' żmien miftiehem u li bih sid il-proġett jassumi obbligu inkondizzjonat li jħallas lura dak l-ammont lill-investitur, flimkien mal-imgħax dovut, f'konformità mal-iskeda ta' pagament parzjali;
|
|
(c)
|
“ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self” tfisser l-allokazzjoni mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ta' ammont determinat minn qabel ta' fondi ta' investitur, li jkun sellief oriġinali, għal proġett ta' finanzjament kollettiv wieħed jew aktar fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tiegħu f'konformità ma' mandat individwali mogħti mill-investitur fuq bażi diskrezzjonali ta' investitur b'investitur;
|
|
(d)
|
“pjattaforma tal-finanzjament kollettiv” tfisser sistema ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet aċċessibbli pubblikament operata jew ġestita minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(e)
|
“fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv” tfisser persuna ġuridika li jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(f)
|
“offerta ta' finanzjament kollettiv” tfisser kwalunkwe komunikazzjoni minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, fi kwalunkwe forma u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar it-termini tal-offerta u l-proġett ta' finanzjament kollettiv li jkun qed jiġi offrut, sabiex investitur ikun jista' jinvesti fil-proġett ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(g)
|
“klijent” tfisser kwalunkwe investitur jew sid il-proġett prospettiv jew attwali li lilu fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jipprovdi, jew biħsiebu jipprovdi, servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(h)
|
“sid il-proġett” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tfittex finanzjament permezz ta' pjattaforma tal-finanzjament kollettiv;
|
|
(i)
|
“investitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, permezz ta' pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, tagħti self jew tikseb titoli trasferibbli jew strumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(j)
|
“investitur sofistikat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun klijent professjonali bis-saħħa tal-punti (1), (2), (3) jew (4) tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-approvazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex tiġi trattata bħala investitur sofistikat f'konformità mal-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament;
|
|
(k)
|
“investitur mhux sofistikat” tfisser investitur li mhuwiex investitur sofistikat;
|
|
(l)
|
“proġett ta' finanzjament kollettiv” tfisser l-attività jew l-attivitajiet ta' negozju li għalihom sid il-proġett ifittex finanzjament permezz tal-offerta ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(m)
|
“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(n)
|
“strumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, ishma ta' kumpannija privata b'responsabbiltà limitata li ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet li effettivament jipprevenuhom milli jiġu trasferiti, inkluż restrizzjonijiet għall-mod kif dawk l-ishma jiġu offruti jew reklamati lill-pubbliku;
|
|
(o)
|
“komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew komunikazzjoni minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lil investitur prospettiv jew sid il-proġett prospettiv dwar is-servizzi tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, ħlief id-divulgazzjoni tal-investituri meħtieġ skont dan ir-Regolament;
|
|
(p)
|
“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser strument li jippermetti l-ħżin ta' informazzjoni b'mod li tkun aċċessibbli għal riferiment fil-futur u għal perijodu ta' żmien li jkun adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;
|
|
(q)
|
“veikolu bi skop speċjali” jew “SPV” tfisser entità maħluqa biss għal, jew li sservi biss l-għan ta', titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (19).
|
|
(r)
|
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, jew l-awtoritajiet, iddeżinjati minn Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 29.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ishma ta' kumpannija privata b'responsabbiltà limitata jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' titoli trasferibbli skont il-punt (m) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti li taw l-awtorizzazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jippermettu l-użu ta' tali ishma għall-finijiet ta' dan ir-Regolament dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal strumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv skont il-punt (n) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 2 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jinfurmaw lill-ESMA dwar it-tipi ta' kumpanniji privati b'responsabbiltà limitata u l-ishma tagħhom li huma offruti u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'referenza għal-liġi nazzjonali applikabbli.
L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu pubblikament aċċessibbli fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Fuq bażi annwali, għall-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tiġbor l-iskedi bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla minn sidien il-proġett li jkunu ħarġu strumenti ammessi għall-finijiet ta' finanzjament kollettiv. L-ESMA għandha tqabbel l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-parti F tal-Anness I kif ipprovduta fl-iskedi bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment mal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tippreżenta dak il-paragun lill-Kummissjoni, li għandha tinkludih fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 45.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|