2. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhom jaċċettaw bħala sidien il-proġett fir-rigward tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
li l-azzjonisti tagħhom jkollhom 20 %, jew aktar, ta' kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot;
|
|
(b)
|
il-maniġers jew l-impjegati tagħhom;
|
|
(c)
|
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun relatata ma' dawk l-azzjonisti, il-maniġers jew l-impjegati permezz ta' kontroll kif definit fil-punt (35)(b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jaċċettaw bħala investituri fil-proġetti ta' finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiddivulgaw bis-sħiħ fis-sit web tagħhom il-fatt li huma jaċċettaw tali persuni bħala investituri, inkluż informazzjoni dwar il-proġetti speċifiċi ta' finanzjament kollettiv investiti fihom, u għandhom jiżguraw li tali investimenti jsiru taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk ta' investituri oħra u li dawk il-persuni ma jgawdu minn ebda trattament preferenzjali jew aċċess privileġġat għall-informazzjoni.