+Artikolu 8 Konflitti ta' interess
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7

Artikolu 8 Konflitti ta' interess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandu jkollhom l-ebda parteċipazzjoni finanzjarja fl-ebda offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom.

Artikolu 8 2

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhom jaċċettaw bħala sidien il-proġett fir-rigward tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

li l-azzjonisti tagħhom jkollhom 20 %, jew aktar, ta' kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot;

(b)

il-maniġers jew l-impjegati tagħhom;

(c)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun relatata ma' dawk l-azzjonisti, il-maniġers jew l-impjegati permezz ta' kontroll kif definit fil-punt (35)(b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jaċċettaw bħala investituri fil-proġetti ta' finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiddivulgaw bis-sħiħ fis-sit web tagħhom il-fatt li huma jaċċettaw tali persuni bħala investituri, inkluż informazzjoni dwar il-proġetti speċifiċi ta' finanzjament kollettiv investiti fihom, u għandhom jiżguraw li tali investimenti jsiru taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk ta' investituri oħra u li dawk il-persuni ma jgawdu minn ebda trattament preferenzjali jew aċċess privileġġat għall-informazzjoni.

Artikolu 8 3

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom iżommu u joperaw regoli interni effettivi biex jimpedixxu l-konflitti ta' interess.

Artikolu 8 4

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiddivulgaw konflitti ta' interess bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv infushom, l-azzjonisti tagħhom, il-maniġers jew l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika relatata magħhom permezz ta' kontroll, kif definit fil-punt (35)(b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u tal-klijenti tagħhom, jew bejn klijent wieħed u klijent ieħor.

Artikolu 8 5

5.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-konflitti ta' interess u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni tagħhom.

Divulgazzjoni bħal din għandha ssir fuq is-sit web tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'post prominenti.

Artikolu 8 6

6.   Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha:

(a)

isir b'mezz li jservi għal żmien twil;

(b)

jinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li titqies in-natura ta' kull klijent, sabiex kull klijent ikun jista' jieħu deċiżjoni infurmata dwar is-servizz li fil-kuntest tiegħu jinħoloq konflitt ta' interess.

Artikolu 8 7

7.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat:

(a)

ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni jew għat-tħaddim tar-regoli interni msemmija fil-paragrafu 3;

(b)

il-passi msemmija fil-paragrafu 4;

(c)

l-arranġamenti għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6.

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta'standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.