4. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiddivulgaw konflitti ta' interess bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv infushom, l-azzjonisti tagħhom, il-maniġers jew l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika relatata magħhom permezz ta' kontroll, kif definit fil-punt (35)(b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u tal-klijenti tagħhom, jew bejn klijent wieħed u klijent ieħor.