+Artikolu 11 Rekwiżiti prudenzjali
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
---+Artikolu 11 7
---+Artikolu 11 8
---+Artikolu 11 9
|
Artikolu 11 Rekwiżiti prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu, dejjem, ikollhom fis-seħħ salvagwardji prudenzjali ugwali għal ammont ta' mill-inqas l-ogħla minn dawn li ġejjin:
|
(b)
|
kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti, riveduti kull sena, li jridu jinkludu l-ispiża tas-servizzjar tas-self għal tliet xhur fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiffaċilita wkoll l-għoti ta' self.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Is-salvagwardji prudenzjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a)
|
fondi proprji, li jikkonsistu f'elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 imsemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) wara t-tnaqqis b'mod sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tal-limitu skont l-Artikoli 46 u 48 ta' dak ir-Regolament;
|
|
(b)
|
polza tal-assigurazzjoni li tkopri t-territorji tal-Unjoni fejn l-offerti ta' finanzjament kollettiv ikunu kummerċjalizzati b'mod attiv jew garanzija komparabbli; jew
|
|
(c)
|
taħlita tal-punti (a) u (b).
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għal fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li huma intrapriżi soġġetti, fuq bażi individwali jew abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, għat-Titolu III tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew għar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għal fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jkunu intrapriżi soġġetti għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/110/KE jew l-Artikoli 7 sa 9 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun ilu jopera għal inqas minn 12-il xahar, huwa jista' juża stimi ta' negozju prospettivi fil-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi, sakemm jibda juża data storika minn meta din issir disponibbli.
|
|
Artikolu 11 6
|
6. Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jkollha, mill-anqas, il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
(a)
|
ikollha terminu inizjali ta' mhux inqas minn sena;
|
|
(b)
|
il-perijodu ta' avviż għall-kanċellazzjoni tagħha huwa ta' mill-inqas 90 jum;
|
|
(c)
|
tinħareġ minn intrapriża awtorizzata biex tipprovdi assigurazzjoni, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali;
|
|
(d)
|
tiġi pprovduta minn entità terza.
|
|
|
Artikolu 11 7
|
7. Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha tinkludi, mingħajr ma tkun limitata għaliha, kopertura kontra r-riskju ta':
|
(b)
|
dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa li jsiru;
|
|
(c)
|
atti, żbalji jew ommissjonijiet li jirriżultaw fi ksur ta':
|
(i)
|
obbligi legali u regolatorji;
|
|
(ii)
|
id-dmir ta' ħila u attenzjoni fir-rigward tal-klijenti;
|
|
(iii)
|
obbligi ta' kunfidenzjalità;
|
|
|
(d)
|
in-nuqqas li jiġu stabbiliti, implimentati u miżmuma proċeduri xierqa biex jiġu evitati konflitti ta' interess;
|
|
(e)
|
telf li jirriżulta minn tfixkil fin-negozju, fallimenti tas-sistema jew ġestjoni tal-proċess;
|
|
(f)
|
fejn applikabbli għall-mudell ta' negozju, negliġenza kbira fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-assi jew l-ipprezzar u l-punteġġ tal-kreditu.
|
|
|
Artikolu 11 8
|
8. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għas-sena preċedenti, billi jużaw ċifri li jirriżultaw mill-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, billi jitnaqqsu l-elementi li ġejjin mill-ispejjeż totali wara d-distribuzzjoni tal-profitti lill-azzjonisti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom jew, fejn id-dikjarazzjonijiet awditjati ma jkunux disponibbli, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali vvalidati minn superviżuri nazzjonali:
|
(a)
|
bonuses tal-persunal u remunerazzjoni oħra, sa fejn jiddependu fuq profitt nett tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fis-sena rilevanti;
|
|
(b)
|
l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;
|
|
(c)
|
approprjazzjonijiet oħra ta' profitti u remunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;
|
|
(d)
|
kummissjoni u tariffi kondiviżi pagabbli li jkunu direttament relatati ma' kummissjoni u tariffi riċevibbli, li jkunu inklużi fid-dħul totali, u fejn il-ħlas tal-kummissjoni u t-tariffi pagabbli jkun kontinġenti fuq ir-riċevuta nnifisha tal-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli; u
|
|
(e)
|
spejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.
|
|
|
Artikolu 11 9
|
9. Meta jkunu nġarrbu spejjeż fissi f'isem il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv minn partijiet terzi, u dawk l-ispejjeż fissi ma jkunux diġà inklużi fl-ispejjeż totali msemmija fil-paragrafu 8, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta jkun disponibbli rendikont tal-ispejjeż ta' dawk il-partijiet terzi, jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż fissi li dawk il-partijiet terzi jkunu ġarrbu f'isimhom u jżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 8;
|
|
(b)
|
meta r-rendikont tal-ispejjeż ta' dawk il-partijiet terzi ma jkunx disponibbli, jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż imġarrba f'isimhom minn dawk il-partijiet terzi skont il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u jżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 8.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|