14. Meta entità awtorizzata skont id-Direttiva 2009/110/KE, 2013/36/UE, 2014/65/UE jew (UE) 2015/2366, jew il-liġi nazzjonali applikabbli għal servizzi ta' finanzjament kollettiv qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tapplika għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ lil dik l-entità tipprovdi informazzjoni jew dokumenti li tkun diġà ppreżentat meta applikat għal awtorizzazzjoni skont dawk id-Direttivi jew il-liġi nazzjonali, dment li tali informazzjoni jew dokumenti jibqgħu aġġornati u jkunu aċċessibbli għall-awtorità kompetenti.