+Artikolu 12 Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8
---+Artikolu 12 9
---+Artikolu 12 10
---+Artikolu 12 11
---+Artikolu 12 12
---+Artikolu 12 13
---+Artikolu 12 14
---+Artikolu 12 15
---+Artikolu 12 16
|
Artikolu 12 Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Persuna ġuridika li jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv għandha tapplika, mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita għall-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan kollu li ġej:
|
(a)
|
l-isem (inkluż l-isem ġuridiku u kwalunkwe isem kummerċjali ieħor li għandu jintuża) tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv, l-indirizz tal-internet tas-sit web li jitħaddem minn dak il-fornitur, u l-indirizz fiżiku tiegħu;
|
|
(b)
|
il-forma ġuridika tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(c)
|
l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(d)
|
programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu l-intenzjoni li jipprovdi u l-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv li biħsiebu jopera, inkluż fejn u kif l-offerti ta' finanzjament kollettiv ser jiġu kkummerċjalizzati;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistemi ta' proċessar tad-data;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni tar-riskji operazzjonali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(h)
|
deskrizzjoni tas-salvagwardji prudenzjali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv f'konformità mal-Artikolu 11;
|
|
(i)
|
prova li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jissodisfa s-salvagwardji prudenzjali f'konformità mal-Artikolu 11;
|
|
(j)
|
deskrizzjoni tal-pjan ta' kontinwità tan-negozju tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv li, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu l-intenzjoni li jipprovdi, jistabbilixxi miżuri u proċeduri li jiżguraw, fil-każ ta' falliment tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv, il-kontinwità tal-forniment ta' servizzi kritiċi relatati mal-investimenti eżistenti u l-amministrazzjoni tajba tal-ftehimiet bejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv u l-klijenti tiegħu;
|
|
(k)
|
l-identità tal-persuni fiżiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(l)
|
prova li l-persuni fiżiċi msemmija fil-punt (k) huma ta' reputazzjoni tajba u jħaddnu għarfien, ħiliet u l-esperjenza suffiċjenti biex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(m)
|
deskrizzjoni tar-regoli interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jipprevjenu lill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) milli jinvolvu ruħhom, bħala sidien il-proġett, fis-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(n)
|
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;
|
|
(o)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jittratta l-ilmenti mingħand il-klijenti;
|
|
(p)
|
konferma dwar jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandux l-intenzjoni li jipprovdi servizzi ta' pagament huwa stess jew permezz ta' parti terza, skont id-Direttiva (UE) 2015/2366, jew permezz ta' arranġament f'konformità mal-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament;
|
|
(q)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jivverifikaw il-kompletezza, il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment;
|
|
(r)
|
deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv fir-rigward tal-limiti ta' investiment għall-investituri mhux sofistikati msemmija fl-Artikolu 21(7).
|
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 2, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettivi għandhom jipprovdu prova ta' dawn li ġejjin:
|
(a)
|
in-nuqqas ta' preżenza ta' rekord kriminali fir-rigward ta' ksur ta' regoli nazzjonali fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi jew l-obbligi ta' responsabbiltà professjonali għall-persuni fiżiċi kollha involuti fl-immaniġġar tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv u għall-azzjonisti li jkollhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot;
|
|
(b)
|
prova li l-persuni fiżiċi involuti fil-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv kollha flimkien iħaddnu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv u li dawk il-persuni fiżiċi huma meħtieġa li jimpenjaw biżżejjed ħin għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
|
|
|
Artikolu 12 4
|
4. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tivvaluta jekk dik l-applikazzjoni tkunx kompluta billi tivverifika li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 tkun ġiet sottomessa. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien sa meta l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv irid jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.
|
|
Artikolu 12 5
|
5. Meta applikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tibqa' inkompleta wara l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni u, fil-każ ta' tali rifjut, għandha tirritorna d-dokumenti ppreżentati lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv.
|
|
Artikolu 12 6
|
6. Meta applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih b'dan lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv.
|
|
Artikolu 12 7
|
7. Qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta li tingħata awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv ikun sussidjarju ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru l-ieħor;
|
|
(b)
|
il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv ikun sussidjarju tal-intrapriża prinċipali ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f' dak l-Istat Membru l-ieħor; jew
|
|
(c)
|
il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv ikun ikkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru l-ieħor.
|
|
|
Artikolu 12 8
|
8. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur mid-data minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Dik il-valutazzjoni għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu l-intenzjoni li jipprovdi. L-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew għaliex wieħed għandu jemmen li l-korp ta’ ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jista' jkun ta' riskju għall-ġestjoni effettiva, tajba u prudenti tagħha u għall-kontinwità tan-negozju u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u l-integrità tas-suq.
|
|
Artikolu 12 9
|
9. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA dwar l-awtorizzazzjonijiet kollha li jingħataw taħt dan l-Artikolu. L-ESMA għandha żżid informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet ta' suċċess fir-reġistru tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 14. L-ESMA tista' titlob informazzjoni sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu awtorizzazzjonijiet taħt dan l-Artikolu b'mod konsistenti.
|
|
Artikolu 12 10
|
10. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv bid-deċiżjoni tagħha fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data ta' dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 12 11
|
11. Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'konformità ma' dan l-Artikolu għandu, f’kull ħin, jissodisfa, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 12 12
|
12. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv fuq bażi transfruntiera jkollhom preżenza fiżika fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat Membru li fih dawk il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikunu awtorizzati.
|
|
Artikolu 12 13
|
13. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati skont dan ir-Regolament jistgħu jinvolvu ruħhom ukoll f'attivitajiet għajr dawk koperti mill-awtorizzazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu f'konformità mal-liġi applikabbli rilevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 12 14
|
14. Meta entità awtorizzata skont id-Direttiva 2009/110/KE, 2013/36/UE, 2014/65/UE jew (UE) 2015/2366, jew il-liġi nazzjonali applikabbli għal servizzi ta' finanzjament kollettiv qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tapplika għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ lil dik l-entità tipprovdi informazzjoni jew dokumenti li tkun diġà ppreżentat meta applikat għal awtorizzazzjoni skont dawk id-Direttivi jew il-liġi nazzjonali, dment li tali informazzjoni jew dokumenti jibqgħu aġġornati u jkunu aċċessibbli għall-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 12 15
|
15. Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv ifittex ukoll li japplika għal awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' pagament biss b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, u sal-punt li l-awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli wkoll għall-awtorizzazzjoni taħt id-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati taħt kull applikazzjoni jiġu ppreżentati darba biss.
|
|
Artikolu 12 16
|
16. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar:
|
(a)
|
ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u
|
|
(b)
|
il-miżuri u l-proċeduri għall-pjan tal-kontinwità ta' negozju msemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 2.
|
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv fornuti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal- Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|