3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi standards u formati, mudelli u proċeduri ta' data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata f'konformità ma' dan l-Artikolu.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.