+Artikolu 17 1

Artikolu 17 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti li jkun taw l-awtorizzazzjoni għandu jkollhom is-setgħa li jirtiraw l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv:

(a)

ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu fi żmien 18-il xahar mid-data tal-għoti tal-awtorizzazzjoni;

(b)

ikun espressament irrinunzja għall-awtorizzazzjoni tiegħu;

(c)

ma jkunx ipprovda servizzi ta' finanzjament kollettiv għal disa' xhur suċċessivi u ma jkunx ukoll għadu involut fl-amministrazzjoni tal-kuntratti eżistenti li jkunu r-riżultat tat-tqabbil inizjali ta' interessi ta' finanzjament ta' negozji permezz tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tiegħu;

(d)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni b'mod irregolari, inkluż billi għamel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni;

(e)

ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(f)

ikun kiser serjament dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti li taw l-awtorizzazzjoni għandu ikollhom ukoll is-setgħa li jirtiraw l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun ukoll fornitur ta' servizzi ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366 u huwa, jew il-maniġers, l-impjegati jew il-partijiet terzi tiegħu li jaġixxu f'ismu, ikunu kisru l-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(b)

fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew parti terza li taġixxi f'ismu jkun tilef l-awtorizzazzjoni li tippermetti l-forniment ta' servizzi ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew servizzi ta' investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, u dak il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-parti terza jkun naqas milli jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien 40 jum kalendarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.