2. Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru tirtira awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt uniku f'dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 29(2) għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li fihom il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mal-Artikolu 18. L-ESMA għandha tintroduċi l-informazzjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.