1. Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 12 ikun biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tat l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 12, huwa għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti maħtura bħala punt uniku ta' kuntatt f'konformità mal-Artikolu 29(2), mill-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
lista tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(b)
|
l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv f'dawk l-Istati Membri;
|
|
(c)
|
id-data tal-bidu tal-forniment maħsub tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(d)
|
lista ta' kull attività oħra pprovduta mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li mhijiex koperta minn dan ir-Regolament.
|