+Artikolu 18 Forniment transfruntier ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4

Artikolu 18 Forniment transfruntier ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 12 ikun biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tat l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 12, huwa għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti maħtura bħala punt uniku ta' kuntatt f'konformità mal-Artikolu 29(2), mill-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

lista tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(b)

l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv f'dawk l-Istati Membri;

(c)

id-data tal-bidu tal-forniment maħsub tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(d)

lista ta' kull attività oħra pprovduta mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li mhijiex koperta minn dan ir-Regolament.

Artikolu 18 2

2.   Il-punt uniku ta' kuntatt tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għandu, fi żmien għaxart ijiem minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lill-ESMA. L-ESMA għandha tintroduċi dik l-informazzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.

Artikolu 18 3

3.   Il-punt uniku ta' kuntatt tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għandu minn hemm 'il quddiem jinforma mingħajr dewmien lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv bil-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 18 4

4.   Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jibda jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv fi Stat Membru għajr dak li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tat l-awtorizzazzjoni mid-data tal-wasla tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.