2. Il-punt uniku ta' kuntatt tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għandu, fi żmien għaxart ijiem minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biħsiebu jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lill-ESMA. L-ESMA għandha tintroduċi dik l-informazzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.