1. L-informazzjoni kollha, inkluż il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27, minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lill-klijenti dwarhom infushom, dwar l-ispejjeż, ir-riskji finanzjarji u l-imposti relatati ma' servizzi jew investimenti ta' finanzjament kollettiv, dwar il-kriterji tal-għażla tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv, jew dwar in-natura tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv tagħhom u r-riskji assoċjati magħhom għandhom ikunu ġusti, ċari, u mhux qarrieqa.