+Artikolu 19 Informazzjoni lill-klijenti
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7

Artikolu 19 Informazzjoni lill-klijenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   L-informazzjoni kollha, inkluż il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27, minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lill-klijenti dwarhom infushom, dwar l-ispejjeż, ir-riskji finanzjarji u l-imposti relatati ma' servizzi jew investimenti ta' finanzjament kollettiv, dwar il-kriterji tal-għażla tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv, jew dwar in-natura tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv tagħhom u r-riskji assoċjati magħhom għandhom ikunu ġusti, ċari, u mhux qarrieqa.

Artikolu 19 2

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li s-servizzi ta' finanzjament kollettiv tagħhom mhumiex koperti mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti stabbilita skont id-Direttiva 2014/49/UE u li t-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv miksuba permezz tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom mhumiex koperti mill-iskema ta' kumpens għall-investituri stabbilita skont id-Direttiva 97/9/KE.

Artikolu 19 3

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar il-perijodu ta' riflessjoni għall-investituri mhux sofistikati msemmija fl-Artikolu 22. Kull meta ssir offerta ta' finanzjament kollettiv, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jipprovdi dik l-informazzjoni f'post prominenti tal-mezz, inkluż fuq kull applikazzjoni mobbli u paġna web fejn issir tali offerta.

Artikolu 19 4

4.   L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata lill-klijenti kull meta jkun xieraq, tal-inqas qabel id-dħul fi tranżazzjoni ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 19 5

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 6 għandha tkun disponibbli għall-klijenti kollha f'taqsima identifikata b'mod ċar u faċilment aċċessibbli tas-sit web tal-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv u b'mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 19 6

6.   Jekk il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv japplikaw punteġġi tal-kreditu għal proġetti ta' finanzjament kollettiv jew jissuġġerixxu l-ipprezzar ta' offerti ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tagħhom, huma għandhom jagħmlu disponibbli deskrizzjoni tal-metodu użat għall-kalkolu ta' tali punteġġi jew ipprezzar tal-kreditu. Jekk il-kalkolu jkun ibbażat fuq kontijiet li ma jiġux ivverifikati, dan għandu jiġi divulgat b'mod ċar fid-deskrizzjoni tal-metodu.

Artikolu 19 7

7.   L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-elementi, inkluż il-format, li jridu jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafu 6;

(b)

l-informazzjoni u l-fatturi li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iridu jikkunsidraw meta jwettqu valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(4) u meta jmexxu valutazzjoni ta' self imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 4(4);

(c)

il-fatturi li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv irid iqis meta jiżgura li l-prezz ta' self li huwa jiffaċilita jkun ġust u xieraq kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4(4);

(d)

il-kontenut minimu u l-governanza tal-politiki u l-proċeduri meħtieġa skont dan l-Artikolu u tal-qafas ta' ġestjoni tar-riskju msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 4(4).

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Mejju 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.