4. Fejn l-investituri mhux sofistikati prospettivi ma jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2, jew fejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkunsidraw, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dak il-paragrafu, li l-investituri mhux sofistikati prospettivi ma għandhomx għarfien, ħiliet jew esperjenza suffiċjenti, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lil dawk l-investituri mhux sofistikati prospettivi li s-servizzi offruti fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom jistgħu ma jkunux xierqa għalihom u joħorġulhom twissija ta' riskju. Dik it-twissija ta' riskju għandha tiddikjara b'mod ċar ir-riskju tat-telf tal-flus kollha investiti. L-investituri mhux sofistikati prospettivi għandhom espressament jirrikonoxxu li jkunu rċevew u fehmu t-twissija maħruġa mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.