+Artikolu 21 Test inizjali tal-għarfien u simulazzjoni tal-kapaċità li ġġorr il-piż ta' telf
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7
---+Artikolu 21 8

Artikolu 21 Test inizjali tal-għarfien u simulazzjoni tal-kapaċità li ġġorr il-piż ta' telf

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom, qabel ma jagħtu lill-investituri prospettivi mhux sofistikati, aċċess sħiħ biex jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom, jivvalutaw jekk u liema servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti huma xierqa għall-investituri prospettivi mhux sofistikati.

Artikolu 21 2

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jitolbu informazzjoni dwar l-esperjenza, l-objettivi tal-investiment, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-investitur mhux sofistikat prospettiv u l-komprensjoni bażika tiegħu tar-riskji involuti fl-investiment b'mod ġenerali u fl-investiment fit-tipi ta' investimenti offruti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, inkluż informazzjoni dwar:

(a)

l-investimenti fil-passat tal-investitur mhux sofistikat prospettiv f'titoli trasferibbli, jew l-akkwist fil-passat ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv jew ta' self, inkluż fi stadju bikri jew ta' espansjoni ta' negozju;

(b)

il-fehim tal-investitur mhux sofistikat prospettiv tar-riskji involuti fl-għoti ta' self, l-investiment f' titoli trasferibbli, jew l-akkwist ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, u l-esperjenza professjonali b'rabta mal-investimenti ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 21 3

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, għal kull investitur mhux sofistikat, għandhom jagħmlu rieżami tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kull sentejn wara l-valutazzjoni inizjali li tkun saret f'konformità ma dak il-paragrafu.

Artikolu 21 4

4.   Fejn l-investituri mhux sofistikati prospettivi ma jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2, jew fejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkunsidraw, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dak il-paragrafu, li l-investituri mhux sofistikati prospettivi ma għandhomx għarfien, ħiliet jew esperjenza suffiċjenti, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lil dawk l-investituri mhux sofistikati prospettivi li s-servizzi offruti fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom jistgħu ma jkunux xierqa għalihom u joħorġulhom twissija ta' riskju. Dik it-twissija ta' riskju għandha tiddikjara b'mod ċar ir-riskju tat-telf tal-flus kollha investiti. L-investituri mhux sofistikati prospettivi għandhom espressament jirrikonoxxu li jkunu rċevew u fehmu t-twissija maħruġa mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 21 5

5.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jirrikjedu wkoll li l-investituri mhux sofistikati prospettivi jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġorru t-telf, ikkalkulat bħala 10 % tal-valur nett tagħhom, abbażi tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-introjtu regolari u l-introjtu totali, u jekk l-introjtu jinkisibx fuq bażi permanenti jew temporanja;

(b)

assi, inkluż investimenti finanzjarji u kwalunkwe depożiti ta' flus, iżda eskluż fondi ta' proprjetà personali u ta' investiment u ta' pensjonijiet;

(c)

l-impenji finanzjarji, inkluż l-impenji regolari, eżistenti jew futuri.

Artikolu 21 6

6.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, għal kull investitur mhux sofistikat, għandhom jagħmlu rieżami tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 kull sena wara s-simulazzjoni inizjali li tkun saret f'konformità ma' dak il-paragrafu.

Investituri mhux sofistikati prospettivi u investituri mhux sofistikati m'għandhomx jinżammu milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. L-investituri mhux sofistikati għandhom jirrikonoxxu li rċevew ir-riżultati tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 21 7

7.   Kull darba u qabel ma investitur mhux sofistikat prospettiv jew investitur mhux sofistikat jaċċetta offerta ta’ finanzjament kollettiv individwali u b’hekk jinvesti ammont li jaqbeż l-ogħla minn EUR 1 000 jew 5 % tal-valur nett ta' dak l-investitur kif ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jiżgura li tali investitur:

(a)

jirċievi twissija ta' riskju;

(b)

jipprovdi kunsens espliċitu lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv; u

(c)

jagħti prova lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-investitur jifhem l-investiment u r-riskji tiegħu.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża bħala prova li l-investitur mhux sofistikat prospettiv jew l-investitur mhux sofistikat jifhem l-investiment u r-riskji tiegħu.

Artikolu 21 8

8.   L-ESMA għandha, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-arranġamenti meħtieġa biex:

(a)

titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

titwettaq is-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;

(c)

tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal- Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.