7. Kull darba u qabel ma investitur mhux sofistikat prospettiv jew investitur mhux sofistikat jaċċetta offerta ta’ finanzjament kollettiv individwali u b’hekk jinvesti ammont li jaqbeż l-ogħla minn EUR 1 000 jew 5 % tal-valur nett ta' dak l-investitur kif ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 5, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jiżgura li tali investitur:
|
(a)
|
jirċievi twissija ta' riskju;
|
|
(b)
|
jipprovdi kunsens espliċitu lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv; u
|
|
(c)
|
jagħti prova lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-investitur jifhem l-investiment u r-riskji tiegħu.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża bħala prova li l-investitur mhux sofistikat prospettiv jew l-investitur mhux sofistikat jifhem l-investiment u r-riskji tiegħu.