8. L-ESMA għandha, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-arranġamenti meħtieġa biex:
|
(a)
|
titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
titwettaq is-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;
|
|
(c)
|
tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.
|
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Novembru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal- Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.