7. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u ma għandux ikun fiha kwalunkwe noti f'qiegħ il-paġna, għajr dawk b' referenzi, inkluż kwotazzjonijiet fejn ikun xieraq, għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f'mezz awtonomu li jservi għal żmien twil li jkun jista' jingħaraf b'mod ċar minn komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u li jekk tiġi stampata tkun tikkonsisti f'massimu ta' sitt naħat ta' format ta' karta ta' daqs A4. Fil-każ ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv, fejn l-informazzjoni meħtieġa skont il-Parti F tal-Anness I taqbeż naħa waħda ta' daqs ta' karta A4 meta tiġi stampata, il-bqija għandha tiġi ppreżentata f'anness mehmuż mal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.