+Artikolu 23 Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
---+Artikolu 23 6
---+Artikolu 23 7
---+Artikolu 23 8
---+Artikolu 23 9
---+Artikolu 23 10
---+Artikolu 23 11
---+Artikolu 23 12
---+Artikolu 23 13
---+Artikolu 23 14
---+Artikolu 23 15
---+Artikolu 23 16

Artikolu 23 Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu lill-investituri prospettivi bl-informazzjoni kollha msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 23 2

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu lil investituri prospettivi bi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla minn sid il-proġett għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha titfassal f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu taw l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12 jew f'lingwa oħra aċċettata minn dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 23 3

3.   Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jippromwovi offerta ta' finanzjament kollettiv permezz ta' komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ieħor, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha ssir disponibbli f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 23 4

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhomx jinżammu milli jagħmlu arranġamenti għal traduzzjoni tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għal kwalunkwe lingwa jew lingwi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jew 3. Dawk it-traduzzjonijiet għandhom jirriflettu b'mod preċiż il-kontenut tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment oriġinali.

Artikolu 23 5

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-lingwa jew il-lingwi li jaċċettaw għall-finijiet ta' dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3. L-ESMA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 23 6

6.   L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-informazzjoni stipulata fl-Anness I;

(b)

id-dikjarazzjoni ta' ċaħda li ġejja, li tidher direttament taħt it-titlu tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment:

“Din l-offerta ta' finanzjament kollettiv la ġiet ivverifikata u lanqas ma ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

L-adegwatezza tal-esperjenza u l-għarfien tiegħek ma ġewx neċessarjament ivvalutati qabel ma inti ngħatajt aċċess għal dan l-investiment. Billi tagħmel dan l-investiment, qed tassumi r-riskju sħiħ li tieħu dan l-investiment, inkluż ir-riskju ta' telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti.”;

(c)

it-twissija ta' riskju li ġejja:

“L-investiment f'din l-offerta ta' finanzjament kollettiv jinvolvi riskji, inkluż ir-riskju ta' telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti. L-investiment tiegħek mhuwiex kopert mill-iskemi ta' garanzija ta' depożitu stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). L-investiment tiegħek lanqas ma huwa kopert mill-iskemi ta' kumpens tal-investitur stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

Inti tista' ma tirċievi l-ebda redditu fuq l-investiment tiegħek.

Dan mhuwiex prodott tat-tfaddil u r-rakkomandazzjoni tagħna hija li ma tinvestix aktar minn 10 % tal-valur nett tiegħek fi proġetti ta' finanzjament kollettiv.

Jaf ma tkunx tista' tbigħ l-istrumenti tal-investiment meta tkun tixtieq. Jekk inti tkun kapaċi tbiegħhom, tista' madankollu ġġarrab telf.

(*1)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

(*2)  Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).”."

Artikolu 23 7

7.   L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u ma għandux ikun fiha kwalunkwe noti f'qiegħ il-paġna, għajr dawk b' referenzi, inkluż kwotazzjonijiet fejn ikun xieraq, għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f'mezz awtonomu li jservi għal żmien twil li jkun jista' jingħaraf b'mod ċar minn komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u li jekk tiġi stampata tkun tikkonsisti f'massimu ta' sitt naħat ta' format ta' karta ta' daqs A4. Fil-każ ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv, fejn l-informazzjoni meħtieġa skont il-Parti F tal-Anness I taqbeż naħa waħda ta' daqs ta' karta A4 meta tiġi stampata, il-bqija għandha tiġi ppreżentata f'anness mehmuż mal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

Artikolu 23 8

8.   Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jitlob lil sid il-proġett biex jinnotifikah bi kwalunkwe bidla ta' informazzjoni sabiex l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tinżamm aġġornata f'kull ħin u għat-tul ta' żmien tal-offerta ta' finanzjament kollettiv. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jinforma immedjatament lill-investituri li jkunu għamlu offerta biex jinvestu jew ikunu esprimew interess fl-offerta ta' finanzjament kollettiv dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment li tkun ġiet notifikata lilu.

Artikolu 23 9

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-responsabbiltà ta' mill-inqas sid il-proġett jew il-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew superviżorji tiegħu għall-informazzjoni mogħtija fi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment. Dawk responsabbli għall-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandhom, fil-każ ta' persuni fiżiċi, ikunu identifikati b'mod ċar fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment b'isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, b'isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom li, sa fejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun f'konformità mal-fatti u li l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ma tħalli xejn barra li x'aktarx jaffettwa l-importanza tagħha.

Artikolu 23 10

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tagħha, f'mill-inqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni tkun qarrieqa u mhix preċiża; jew

(b)

l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tħalli barra informazzjoni ewlenija meħtieġa biex tgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jiffinanzjawx il-proġett ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 23 11

11.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u japplikaw proċeduri adegwati biex jivverifikaw il-kompletezza, il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

Artikolu 23 12

12.   Meta l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jidentifika ommissjoni, żball jew ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-redditu mistenni tal-investiment, dak il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jissenjala tali ommissjoni, żball jew ineżattezza fil-pront lil sid il-proġett, li għandu jikkompleta jew jikkoreġi dik l-informazzjoni minnufih.

Meta tali kompletezza jew korrezzjoni ma jsirux minnufih, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jissospendi l-offerta ta' finanzjament kollettiv sakemm l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun ġiet ikkompletata jew ikkorreġuta, iżda għal perijodu mhux itwal minn 30 jum kalendarju.

Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jinforma immedjatament lill-investituri li jkunu għamlu offerta li jinvestu jew li jkunu esprimew interess fl-offerta ta' finanzjament kollettiv dwar tali irregolaritajiet identifikati, il-passi meħuda u li ser jittieħdu mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-għażla li jirrevokaw l-offerta tagħhom li jinvestu jew l-espressjoni ta’ interess tagħhom fl-offerta ta' finanzjament kollettiv.

Jekk, wara 30 jum kalendarju, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ma tkunx ġiet ikkompletata jew ikkorreġuta biex jiġu rettifikati l-irregolaritajiet identifikati kollha, l-offerta ta' finanzjament kollettiv għandha tiġi kkanċellata.

Artikolu 23 13

13.   Investitur prospettiv jista' jitlob lil fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex iħejji traduzzjoni tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment f'lingwa tal-għażla tal-investitur. It-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment u b'mod preċiż il-kontenut tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment oriġinali.

Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdix it-traduzzjoni mitluba tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jagħti parir biċ-ċar lill-investitur biex iżomm lura milli jagħmel l-investiment.

Artikolu 23 14

14.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jitlob notifika ex ante ta' skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment mill-inqas sebat ijiem ta' xogħol qabel ma ssir disponibbli għall-investituri prospettivi. L-iskedi bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ma għandhomx ikunu soġġetti għal approvazzjoni ex ante mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 23 15

15.   Meta l-investituri prospettivi jingħataw skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u sidien il-proġett għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligu li jitfassal dokument bl-informazzjoni ewlenija f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħtu pariri dwar offerta ta' finanzjament kollettiv jew li jikkummerċjalizzawha.

Artikolu 23 16

16.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għall-mudell u l-kontenut tiegħu għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 u Anness I;

(b)

it-tipi ta' riskji ewlenin li huma assoċjati mal-offerta ta' finanzjament kollettiv u li għalhekk iridu jiġu divulgati f'konformità mal-Parti C ta' Anness I;

(c)

l-użu ta' ċerti proporzjonijiet finanzjarji biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija, inkluż għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Parti A ta' Anness I;

(d)

il-kummissjonijiet u t-tariffi u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni koperti mill-punt (a) tal-Parti H tal-Anness I, inkluż qsim dettaljat tal-ispejjeż diretti u indiretti li għandu jġarrab l-investitur.

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Mejju 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal- Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.