+Artikolu 24 Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
---+Artikolu 24 5
---+Artikolu 24 6
---+Artikolu 24 7
---+Artikolu 24 8
|
Artikolu 24 Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. B'deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(2) u mill-punt (a) tal-Artikolu 23(6), il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self għandhom ifasslu f'konformità ma' dan l-Artikolu, u jagħmlu disponibbli għall-investituri prospettivi, skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell tal-pjattaforma li jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a)
|
l-informazzjoni pprovduta fil-Partijiet H u I tal-Anness I;
|
|
(b)
|
informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi jew ġudizzjarji responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment; fil-każ ta' persuni fiżiċi, inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-isem u l-funzjoni tal-persuna fiżika; fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-isem u l-uffiċċju rreġistrat;
|
|
(c)
|
id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà li ġejja:
“Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiddikjara li, sa fejn jaf hu, l-ebda informazzjoni ma tħalliet barra jew hija materjalment qarrieqa jew ineżatta. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv huwa responsabbli għat-tħejjija ta' din l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.”.
|
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jżomm l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell tal-pjattaforma aġġornata f'kull ħin u għat-tul taż-żmien tal-offerta ta' finanzjament kollettiv. Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jinforma immedjatament lill–investituri li jkunu għamlu offerta li jinvestu jew li jkunu esprimew interess fl-offerta ta' finanzjament kollettiv dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.
|
|
Artikolu 24 3
|
3. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma għandha tkun ġusta, ċara, u mhux qarrieqa, u ma għandux ikun fiha noti f'qiegħ il-paġna, għajr dawk b'referenzi, inkluż kwotazzjonijiet fejn ikun xieraq, għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f'mezz awtonomu li jservi għal żmien twil li jkun jista' jingħaraf b'mod ċar minn komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u li jekk jiġi stampat ikun jikkonsisti f'massimu ta' sitt naħat ta' format ta' karta ta' daqs A4.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw tal-inqas li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikollu r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma.. Dawk responsabbli għall-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandhom ikunu identifikati b'mod ċar fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma, fil-każ ta' persuni fiżiċi, b'isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll dikjarazzjonijiet tagħhom li, sa fejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment hija f'konformità mal-fatti u li l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ma tħalli xejn barra li x'aktarx jaffettwa l-importanza tagħha.
|
|
Artikolu 24 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-informazzjoni mogħtija f'dokument bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tagħha, tal-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-informazzjoni tkun qarrieqa u mhux preċiża; jew
|
|
(b)
|
l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma tħalli barra informazzjoni ewlenija meħtieġa biex tgħin lill-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux permezz ta' ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self..
|
|
|
Artikolu 24 6
|
6. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u japplikaw proċeduri adegwati biex jivverifikaw il-kompletezza, il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell ta' pjattaforma.
|
|
Artikolu 24 7
|
7. Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jidentifika ommissjoni, żball jew ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell tal-pjattaforma li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-redditu mistenni tal-ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, dak il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu huwa stess jirrettifika l-ommissjoni, l-iżball jew l-ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.
|
|
Artikolu 24 8
|
8. Meta l-investituri prospettivi jingħataw skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment fil-livell tal-pjattaforma mfassla f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligu li jitfassal dokument bl-informazzjoni ewlenija f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħtu pariri dwar offerta ta' finanzjament kollettiv jew li jikkummerċjalizzawha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|