+Artikolu 25 Bord tal-avviżi
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
|
Artikolu 25 Bord tal-avviżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu joperaw bord tal-avviżi li fih jippermettu lill-klijenti tagħhom jirreklamaw interess biex jixtru u jbiegħu self, titoli trasferibbli jew strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv li oriġinarjament kienu offruti fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom.
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Il-bord tal-avviżi msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jintuża biex jinġabru flimkien l-interessi tax-xiri u l-bejgħ permezz tal-protokolli tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew tal-proċeduri operattivi interni b'mod li jirriżulta f'kuntratt. Għalhekk, il-bord tal-avviżi ma għandux jikkonsisti minn sistema interna ta' tqabbil li teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti fuq bażi multilaterali.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jippermettu r-reklam ta' interess imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
huma jridu jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar in-natura tal-bord tal-avviżi f'konformità mal-paragrafi 1 u 2;
|
|
(b)
|
huma jridu jesiġu li l-klijenti tagħhom li jirreklamaw bejgħ ta' self, titolu jew strument imsemmi fil-paragrafu 1 li jagħmlu disponibbli l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment;
|
|
(c)
|
huma jridu jipprovdu lill-klijenti bl-intenzjoni li jixtru self irreklamat fuq il-bord tal-avviżi bl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-self iffaċilitat mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(d)
|
huma jridu jiżguraw li l-klijenti tagħhom li jirreklamaw interess biex jixtru self, titolu jew strument imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jikkwalifikaw bħala investituri mhux sofistikati jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) u t-twissija ta' riskju msemmija fl-Artikolu 21(4).
|
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jippermettu r-reklam tal-interess imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jipprovdu servizzi ta' kustodja tal-assi skont l-Artikolu 10(1) għandhom jirrikjedu li l-investituri tagħhom li jirreklamaw tali interess jinnotifikawhom bi kwalunkwe bidla fis-sjieda għall-finijiet tat-twettiq tal-verifika tas-sjieda u ż-żamma tar-rekords.
|
|
Artikolu 25 5
|
5. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jissuġġerixxu prezz ta' referenza għax-xiri u l-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li l-prezz ta' referenza ssuġġerit mhuwiex vinkolanti u għandhom jissostanzjaw il-prezz ta' referenza ssuġġerit, u għandhom jiddivulgaw l-elementi ewlenin tal-metodoloġija skont l-Artikolu 19(6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|