+Artikolu 32 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
|
Artikolu 32 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Huma għandhom jiskambjaw informazzjoni sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 32 2
|
2. Fil-każ ta' spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b'effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 32 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha, f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 32 4
|
4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi forom, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Mejju 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|