1. Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih jiġu pprovduti servizzi ta' finanzjament kollettiv ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li twettqu irregolaritajiet mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew minn partijiet terzi deżinjati biex iwettqu funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-partijiet terzi jkunu kisru l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni u lill-ESMA b'dan.