+Artikolu 37 Miżuri ta' prekawzjoni
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
|
Artikolu 37 Miżuri ta' prekawzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1
|
1. Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih jiġu pprovduti servizzi ta' finanzjament kollettiv ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li twettqu irregolaritajiet mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew minn partijiet terzi deżinjati biex iwettqu funzjonijiet fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-partijiet terzi jkunu kisru l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni u lill-ESMA b'dan.
|
|
Artikolu 37 2
|
2. Meta, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-parti terza deżinjata biex twettaq funzjonijiet b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv tippersisti fil-ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jiġu pprovduti s-servizzi ta' finanzjament kollettiv, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni u lill-ESMA, għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 37 3
|
3. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti oħra skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, hija tista' ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ESMA. L-ESMA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|