1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu li l-klijenti u partijiet ikkonċernati oħra, inkluż l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ksur allegat ta' dan ir-Regolament minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Fil-każijiet kollha, l-ilmenti jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-miktub jew f'forma elettronika u b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jiġi ppreżentat l-ilment jew b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.