3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kollha imposti iżda mhux pubblikati, inkluż kwalunkwe appell b'rabta magħhom u l-eżitu ta' dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b'rabta ma' kwalunkwe penali kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali tal-penali u miżuri amministrattivi kkomunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, l-EBA, u l-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.