+Artikolu 43 Ir-rappurtar tal-penali u l-miżuri amministrattivi lill-ESMA
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
|
Artikolu 43 Ir-rappurtar tal-penali u l-miżuri amministrattivi lill-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1
|
1. L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward il-penali amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 39. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-Artikolu 39(1), li jiġu stabbiliti penali kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar il-penali kriminali imposti f'rapport annwali.
|
|
Artikolu 43 2
|
2. Meta l-awtorità kompetenti tkun iddivulgat penali amministrattivi, miżuri amministrattivi oħra jew penali kriminali mal-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrappurtahom lill-ESMA.
|
|
Artikolu 43 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kollha imposti iżda mhux pubblikati, inkluż kwalunkwe appell b'rabta magħhom u l-eżitu ta' dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b'rabta ma' kwalunkwe penali kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali tal-penali u miżuri amministrattivi kkomunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, l-EBA, u l-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|