3. Sal-10 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni, wara li tikkonsulta l-ESMA, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv biss fuq bażi nazzjonali u l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-iżvilupp ta' swieq nazzjonali ta' finanzjament kollettiv u dwar l-aċċess għall-finanzjament. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex testendi darba l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'perijodu ta' 12-il xahar.