+Artikolu 48 Perijodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv pprovduti f'konformità mal-liġi nazzjonali
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
|
Artikolu 48 Perijodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv pprovduti f'konformità mal-liġi nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jkomplu, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-10 ta’ Novembru 2022 jew sakemm jingħataw awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Għal tul il-perijodu ta' tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jista' jkollhom fis-seħħ proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati għall-entitajiet li, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 jiġu osservati qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni skont dawn il-proċeduri simplifikati.
|
|
Artikolu 48 3
|
3. Sal-10 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni, wara li tikkonsulta l-ESMA, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv biss fuq bażi nazzjonali u l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-iżvilupp ta' swieq nazzjonali ta' finanzjament kollettiv u dwar l-aċċess għall-finanzjament. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex testendi darba l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'perijodu ta' 12-il xahar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|