+Artikolu 8 Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tkun żgura li intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari qiegħed jikser id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji adottati f’dak l-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli V u VI, dik l-awtorità tista’ tieħu miżuri adegwati.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jkollha raġunijiet tikkunsidra li intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jaġixxi fit-territorju tiegħu permezz ta’ stabbiliment, ma jkunx konformi ma’ xi obbligu stipulat f’din id-Direttiva, u fejn dik l-awtorità kompetenti ma jkollhiex ir-responsabbiltà skont l-Artikolu 7(2), għandha tirreferi l-konklużjonijiet tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Wara li tivvaluta l-informazzjoni riċevuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fejn applikabbli u, f’dak il-każ, mal-ewwel opportunità tieħu l-miżuri xierqa biex tirranġa s-sitwazzjoni. Għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura meħuda.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw li mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed, jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jibqa’ jaġixxi b’mod li huwa biċ-ċar ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti fuq skala kbira jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu miżuri adegwati biex tevita aktar irregolaritajiet, inkluż, jekk ikun strettament neċessarju, żżomm lil dak l-intermedjarju milli jkompli jeżerċita negozju ġdid fiit-territorju tagħha.
Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-EIOPA tista’ taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw is-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri adegwati u mhux diskriminatorji biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjonijiet fejn huwa strettament neċessarju li tittieħed azzjoni immedjata sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti, u fejn li l-miżuri ekwivalenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed. F’tali sitwazzjonijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jkollu l-possibbiltà li jimpedixxi lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni jew l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari ikkonċernati milli jeżerċitaw negozju ġdid fit-territorju tiegħu.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Kull miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari kkonċernat f’dokument motivat tajjeb u nnotifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-EIOPA u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|