+Artikolu 11 Pubblikazzjoni ta’ regoli “ta’ interess ġenerali”
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Pubblikazzjoni ta’ regoli “ta’ interess ġenerali”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali rilevanti li jħarsu l-interessi ġenerali, inkluża l-informazzjoni dwar jekk u kif l-Istat Membru għażel li japplika dispożizzjonijiet aktar rigorużi previsti fl-Artikolu 29(3), li huma applikabbli għall-eżerċizzju tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fit-territorji tagħhom.
Artikolu 11 2.
Stat Membru li jipproponi li japplika, u japplika dispożizzjonijiet li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni minbarra dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f’din id-Direttiva, għandu jiżgura li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet ikun proporzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. L-Istat Membru għandu jkompli jimmonitorja dawk id-dispożizzjonijiet biex jiżgura li jibqgħu proporzjonali f’konformità ma dan il-paragrafu.
Artikolu 11 3.
L-EIOPAgħandha tinkludi, fuq is-sit elettroniku tagħha, ħoloq għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata informazzjoni dwar ir-regoli ta’ “interess ġenerali”. Tali informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’mod regolari, u l-EIOPA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tagħha bir-regoli kollha “ta’ interess ġenerali” kklassifikati f’oqsma rilevanti differenti tal-liġi.
Artikolu 11 4.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ kuntatt responsabbli għall-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-regoli “ta’ interess ġenerali” fl-istess Stat Membru. Tali punt ta’ kuntatt għandu jkun awtorità kompetenti xierqa.
Artikolu 11 5.
L-EIOPA għandha teżamina f’rapport, u tinforma lill-Kummissjoni dwarhom, ir-regoli “ta’ interess ġenerali” ppubblikati mill-Istati Membri, kif imsemmi f’dan l-Artikolu fil-kuntest tal-funzjonament tajjeb ta’ din id-Direttiva u tas-suq intern qabel it-23 ta’ Frar 2019.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.