|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien xieraq qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jipprovdi lill-klijent b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f’impriża partikolari tal-assigurazzjoni;
(b)
jekk impriża partikolari tal-assigurazzjoni jew impriża principali ta’ impriża partikolari tal-assigurazzjoni jkollha parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni;
(c)
rigward il-kuntratti proposti, jew li ngħatat konsulenza dwarhom jekk:
(i)
jagħtix parir abbażi ta’ analiżi ġusta u personali;
(ii)
hux qiegħed taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni esklussivament ma’ impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni, f’ liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni; jew
(iii)
ma jkunx taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni esklussivament ma’ impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni u ma jagħtix parir abbażi ta’ analiżi ġusta u personali, f’ liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni li magħhom jista’, u fil-fatt iwettaq, in-negozju tiegħu;
(d)
in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni;
(e)
jekk, b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni, jaħdimx:
(i)
abbażi ta’ tariffa, jiġifieri r-rimunerazzjoni mħallsa direttament mill-klijent;
(ii)
abbażi ta’ kwalunkwe tip ta’ kummissjoni, jiġifieri r-rimunerazzjoni inkluża fil-primjum tal-assigurazzjoni;
(iii)
abbażi ta’ kwalunkwe tip ieħor ta’ rimunerazzjoni, inkluż benefiċċju ekonomiku ta’ kwalunkwe tip offrut jew mogħti f’konnessjoni mal-kuntratt tal-assigurazzjoni; jew
(iv)
abbażi ta’ kombinazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ rimunerazzjoni stipulat fil-punti (i), (ii) u (iii). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|