+Artikolu 22 2.

Artikolu 22 2.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, bil-kundizzjoni li tali dispożizzjonijiet ikunu jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA u lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni dwar jekk u kif l-Istati Membri jkunu għażlu li japplikaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi taħt dan il-paragrafu.

B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(1) obbligatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni, jew għal ċertu tipi ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. F’tali każ, id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw ma’ tali dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.