Fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal prodott jew servizz li mhumiex assigurazzjoni, bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu joffri lill-klijent il-possibilità li jixtri l-prodott jew is-servizz separatament. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal servizz jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (
4
), jew kont ta’ ħlas kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
).