+Artikolu 24 Bejgħ inkroċjat
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
|
Artikolu 24 Bejgħ inkroċjat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Fejn prodott tal-assigurazzjoni jiġi offrut flimkien ma’ prodott anċillari jew servizz li mhuwiex assigurazzjoni, bħala parti minn pakkett jew mill-istess ftehim, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jinforma lill-klijent jekk huwiex possibbli li dan jixtri l-komponenti differenti b’mod separat, u jekk iva, għandu jipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew pakkett kif ukoll evidenza separata tal-kostijiet u t-tariffi ta’ kull komponent.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, u fejn ir-riskju jew il-kopertura tal-assigurazzjoni li jirriżultaw minn tali ftehim jew pakkett offrut lil klijent huma differenti minn dak assoċjat mal-komponenti meħuda separatament, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew pakkett u tal-mod li bih l-interazzjoni tagħhom timmodifika r-riskju jew il-kopertura tal-assigurazzjoni.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal prodott jew servizz li mhumiex assigurazzjoni, bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu joffri lill-klijent il-possibilità li jixtri l-prodott jew is-servizz separatament. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal servizz jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (
4
), jew kont ta’ ħlas kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
).
|
|
Artikolu 24 4.
|
L-EIOPA tista’ tiżviluppa linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiċi ta’ bejgħ inkroċjat, b’indikazzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom il-prattiċi ta’ bejgħ inkroċjat ma jkunux konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 17.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jevita d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jipprovdu kopertura għal tipi varji ta’ riskji (poloz tal-assigurazzjoni li jkopru diversi riskji).
|
|
Artikolu 24 6.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li distributur tal-assigurazzjoni jispeċifika d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jiffurmaw parti mill-pakkett globali jew l-istess ftehim.
|
|
Artikolu 24 7.
|
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri addizzjonali aktar rigorużi jew jintervjenu fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipprojbixxu l-bejgħ ta’ assigurazzjoni flimkien ma’ servizz jew prodott anċillari li mhumiex assigurazzjoni bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim meta jkunu jistgħu juru li tali prattiki huma ta’ detriment għall-konsumaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|