+Artikolu 28 Kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.

Artikolu 28 Kunflitti ta’ interess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jidentifikaw kunflitti ta’ interess bejniethom, inklużi d-diriġenti u l-impjegati, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-klijenti tagħhom, jew bejn klijent u ieħor, li jistgħu jinqalgħu fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni.
Artikolu 28 2.
Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi li jsiru mill-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 27 għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b’kunfidenza raġonevoli, li jiġu evitati r-riskji ta’ ħsara lill-interessi tal-klijenti, l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandhom jiżvelaw b’mod ċar lill-klijent in-natura ġenerali jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess, fi żmien diċenti qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni.
Artikolu 28 3.

B’deroga mill-Artikolu 23(1), l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu:

(a) 

isir fuq mezz durabbli; u

(b) 

jinkludi dettall suffiċjenti, billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-klijent, sabiex ikun possibbli li l-klijent jieħu deċiżjoni infurmata rigward l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni li fil-kuntest tiegħu jinħoloq il-kunflitt ta’ interess.

Artikolu 28 4.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 sabiex:

(a) 

tiddefinixxi l-passi li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni jew l-impriżi ta’ assigurazzjoni jistgħu raġonevolment jiġu mistennija jieħdu għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-iżvelar ta’ kunflitti ta’ interess fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni;

(b) 

tistabbilixxi l-kriterji xierqa biex jiġu determinati t-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti jew il-klijenti potenzjali tal-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.