+Artikolu 29 1.

Artikolu 29 1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(1) u (2), għandha tiġi pprovduta informazzjoni xierqa f’waqtha, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, lill-klijenti jew lil klijenti potenzjali fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, u fir-rigward tal-ispejjeż kollha u l-imposti relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a) 

fejn tingħata konsulenza, jekk l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni humiex se jipprovdu lill-klijent b’valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni rakkomandati għal dak il-klijent, kif imsemmi fl-Artikolu 30;

(b) 

fir-rigward tal-informazzjoni dwar prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni u strateġiji proposti ta’ investiment, dan għandu jinkludi gwida xierqa, u twissijiet dwar, ir-riskji assoċjati ma’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew f’dak li jirrigwarda strateġiji partikulari ta’ investiment proposti;

(c) 

fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż kollha u l-imposti relatati li għandhom jiġu żvelati, l-informazzjoni rigward id-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, inkluż l-ispiża tal-konsulenza, fejn ikun rilevanti, l-ispiża tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni rakkomandat jew ikkummerċjalizzat lill-klijent u dwar kif il-klijent jista’ jħallsu, filwaqt li tiġbor fiha wkoll kwalunkwe pagament ta’ parti terza.

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha, inklużi l-ispejjeż u l-imposti b’rabta mad-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, li mhumiex maħluqa mill-okkorrenza ta’ riskju sottostanti tas-suq, għandha tkun f’forma aggregata biex tippermetti lill-klijent jifhem l-ispiża globali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq il-qligħ mill-investiment, u meta l-klijent jitlob dan, għandu jiġi pprovdut sommarju dettaljat tal-ispejjeż u l-imposti. Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, tal-anqas kull sena, tul il-perjodu ta’ validità tal-investiment.

L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta b’mod li jista’ jinftiehem, b’tali mod li l-klijenti jew klijenti potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji rigward il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni offrut, u b’konsegwenza ta’ dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f’format standardizzat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.