|
+Artikolu 30 5. |
Artikolu 30 5.L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut fuq mezz durabbli. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent, u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent. Meta tiġi pprovduta konsulenza dwar prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jipprovdu lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli billi tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23(1) sa (4) għandhom japplikaw. Fejn il-kuntratt huwa konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tad-dikjarazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun intrabat b’xi ftehim, sakemm jiġu sodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klijent ta l-kunsens tiegħu biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt; u
(b)
l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu taw lill-klijent l-għażla li jdewwem il-konklużjoni tal-kuntratt sabiex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza qabel tali konkluzjoni. Fejn intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jkunu infurmaw lill-klijent li se jwettqu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|