+Artikolu 30 Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
|
Artikolu 30 Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), meta jipprovdu konsulenza dwar prodott tal-investiment ibbażat fuq assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiksbu wkoll l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam ta’ investiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluż il-kapaċità ta’ dik il-persuna li ġġarrab telf, u l-għanijiet ta’ investiment ta’ dik il-persuna, inkluża t-tolleranza ta’ dik il-persuna għar-riskju, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-klijent jew lill-klijent potenzjali l-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li huma xierqa għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, ikunu konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju ta’ dik il-persuna u l-abilità li jġarrab it-telf.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jipprovdu konsulenza dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta’ servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24, il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien ikun xieraq.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mal-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza, għandhom jitolbu lill-klijent jew klijent potenzjali li jipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz offrut jew mitlub, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk is-servizz jew prodott ta’ assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-klijent. Meta pakkett ta’ servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24, il-valutazzjoni għandha tqis jekk il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien huwiex xieraq.
Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott ma jkunx xieraq għall-klijent jew klijent potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija għal dak l-effett lill-klijent jew klijent potenzjali. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Fejn il-klijenti jew klijenti potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li mhumiex f’qagħda li jiddeterminaw jekk prodott fil-mira huwiex xieraq għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), fejn ma tingħata l-ebda konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li tippermetti l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fit-territorji tagħhom mingħajr il-bżonn li jakkwistaw informazzjoni jew li jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:
(i)
kuntratti li jipprovdu biss l-esponiment tal-investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont id-Direttiva 2014/65/UE u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskji involuti; jew
(ii)
investimenti oħra bbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-fini ta’ dan il-paragrafu;
(b)
l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-klijent jew klijent potenzjali;
(c)
il-klijent jew klijent potenzjali jkunu ġew informati b’mod ċar, li fl-għoti tal-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-klijent jew il-klijent potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat;
(d)
l-intermedjarju jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 27 u 28.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li għandhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru li ma jagħmilx użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 30 4.
|
L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu rekord li jinkludi d-dokument jew aktar, bħal kuntratt li jkun ġie miftiehem bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u l-klijent, u li jkun stipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, kif ukoll kundizzjonijiet oħra li skonthom l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’riferiment għal dokumenti jew testi legali oħrajn.
|
|
Artikolu 30 5.
|
L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut fuq mezz durabbli. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent, u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent.
Meta tiġi pprovduta konsulenza dwar prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jipprovdu lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli billi tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23(1) sa (4) għandhom japplikaw.
Fejn il-kuntratt huwa konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tad-dikjarazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun intrabat b’xi ftehim, sakemm jiġu sodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klijent ta l-kunsens tiegħu biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt; u
(b)
l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu taw lill-klijent l-għażla li jdewwem il-konklużjoni tal-kuntratt sabiex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza qabel tali konkluzjoni.
Fejn intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jkunu infurmaw lill-klijent li se jwettqu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 biex tispeċifika ulterjoment kif l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stipulati f’dan l-Artikolu fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni mal-klijenti tagħhom, inkluża fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi akkwistata meta jiġu vvalutati l-adegwatezza u kemm huma xierqa l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għall-klijenti tagħhom, il-kriterji biex jiġu vvalutati l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-iskop tal-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-kontenut u l-format tar-rekords u l-ftehimiet għall-għoti ta’ servizzi għall-klijenti u ta’ rapporti perjodiċi għall-klijenti dwar is-servizzi pprovduti. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:
(a)
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
(b)
in-natura tal-prodotti offruti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
(c)
in-natura konsumistika jew professjonali tal-klijent jew il-klijent potenzjali.
|
|
Artikolu 30 7.
|
Sat-23 ta' Awwissu 2017, l-EIOPA għandha tiżviluppa linji gwida, u imbagħad taġġornahom perjodikament, għall-valutazzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijenti li jifhmu r-riskju involut kif imsemmi fil-punt (i) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 30 8.
|
L-EIOPA tista’ tiżviluppa linji gwida, u imbagħad taġġornahom perjodikament, għall-valutazzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jkunu qed jiġu kklassifikati bħala mhux kumplessi għall-għan tal-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3, filwaqt li jitqiesu l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|