+Artikolu 33 Ksur, u sanzjonijiet u miżuri oħra
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.

Artikolu 33 Ksur, u sanzjonijiet u miżuri oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.

Dan l-Artikolu għandu japplika għal tal-inqas dan li ġej:

(a) 

persuni li ma jirreġistrawx l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 3;

(b) 

impriża jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jużaw is-servizzi ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni ta’ persuni msemmija fil-punt (a);

(c) 

intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkun kiseb reġistrazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 3;

(d) 

distributur tal-assigurazzjoni li jonqos milli jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10;

(e) 

impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitoli V u VI, fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;

(f) 

distributur ta’ assigurazzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V, fir-rigward ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (e).

Artikolu 33 2.

Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:

(a) 

stqarrija pubblika, li tindika l-persuna responsabbli naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c) 

fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3;

(d) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni imposti li jinżammu responsabbli;

(e) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:

(i) 

tal-inqas EUR 5 000 000 jew sa 5 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 6 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali; jew

(ii) 

sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(f) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:

(i) 

mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; jew

(ii) 

sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

Artikolu 33 3.

Fil-każ ta’ xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:

(a) 

ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;

(b) 

fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-assigurazzjoni anċillari, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 33 4.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri oħra addizzjonali u livelli ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji li jkunu ogħla minn dawk previsti f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.