|
+Artikolu 33 2. |
Artikolu 33 2.Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:
(a)
stqarrija pubblika, li tindika l-persuna responsabbli naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur;
(b)
ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;
(c)
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3;
(d)
projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni imposti li jinżammu responsabbli;
(e)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
(i)
tal-inqas EUR 5 000 000 jew sa 5 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 6 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali; jew
(ii)
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(f)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
(i)
mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; jew
(ii)
sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|