|
+Artikolu 34 Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u miżuri oħra |
Artikolu 34 Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u miżuri oħraArtikolu 34 Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u miżuri oħra L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell ta’ sanzjonijiet amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fejn adatt:
(a)
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli jew mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna naturali jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
it-telf għall-klijenti u l-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, dment li dan ikun jista’ jiġi determinat;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(g)
miżuri meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tipprevjeni li jiġi ripetut il-ksur; u
(h)
kwalunkwe ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|